Permsec

Is-Sur Ronald Mizzi ngħaqad mas-Servizz Pubbliku fl-2004 bħala Economics Officer fi ħdan id-Dipartiment għall-Iżvilupp Rurali, sabiex fl-2006, kien assenjat bħala Uffiċjal tar-Riċerka ġewwa l-Forum Malta fl-Ewropa fejn dam sa l-2008.

Huwa ħadem bħala Manager tal-Proġetti u aktar tard bħala Senior Manager ġewwa l-Awtorità ta’ Ġestjoni ta’ Malta għall-Fondi ta’ l-UE taħt l-Uffiċju tal-Prim Ministru. Hawnhekk huwa kien responsabbli mit-tmexxija u l-eżekuzzjoni b’suċċess ta’ numru ta’ proġetti kbar ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea taħt il-programmi ta’ fondi 2004-2006 u 2007-2013. Huwa kien responsabbli wkoll mill-għeluq b’suċċess tal-ewwel programm ta’ fondi.

Huwa dam iservi fl-Awtorità ta’ Ġestjoni sal-2013, meta ntgħażel biex iservi bħala Direttur għall-Affarijiet ta’ l-Unjoni Ewropea u t-Twettieq tal-Programm mal-Ministeru għall-Enerġija u l-Konservazzjoni ta’ l-Ilma.

Is-Sur Mizzi nħatar Segretarju Permanenti tal-Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa (Enerġija) f’April tal-2014 u aktar tard serva bħala Segretarju Permanenti fl-Uffiċju tal-Prim Ministru b’portafoll li inkluda l-enerġija, l-ilma u Poġetti bejn il-Gvern u l-Privat. Huwa kien strumentali biex tmexxew ‘il quddiem numru kbar ta’ riformi fil-qasam tal-enerġija u biex ingħalqu b’suċċess id-diskussjonijiet mal-Kummissjoni Ewropea dwar State Aid b’relazzjoni mal-proġett il-ġdid tal-Enerġija u l-Gass f’Delimara.

Fl-2017, is-Sur Mizzi inħatar Segretarju Permanenti tal-Ministeru tat-Turiżmu b’portafoll li jinkludi l-avjazzjoni u l-Air Malta, it-turiżmu u l-istudji relatati miegħu, it-trasport estern, l-industrija tal-films u proġetti bejn Gvern u Privat.  F’Jannar 2020, il-Ministeru sar ukoll responsabbli mill-Ħarsien tal-Konsumatur. Is-Sur Mizzi mexxa s-settur tat-turiżmu matul l-aktar xhur iebsa li ġabet magħha l-pandemija tal-COVID-19, li waqqfet lis-settur ħesrem.

F’April 2022 is-Sur Mizzi nħatar Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Ekonomija, Fondi Ewropej u Artijiet b’portafoll li jiffoka primarjament fuq l-ekonomija diġitali.

Is-Sur Mizzi għandu Masters Degree fl-Istudji Ewropej u l-ewwel degree fir-Relazzjonijiet Internazzjonali, it-tnejn mill-Università ta’ Malta filwaqt li maż-żmien tħarreġ f’diversi oqsma differenti minn istituzzjonijiet ta’ fama internazzjonali fejn kiseb firxa vasta ta’ ħiliet.

Is-Sur Mizzi iservi wkoll fuq diversi kumitati fuq livell Ewropew. Fl-2023 inħatar ukoll bħala Ċerpersin tal-MIMCOL u MGI.

 

 

 

 

 

 

 

 

Lorem ipsum dolor sit amet, consectetuer adipiscing elit, sed diam nonummy nibh euismod tincidunt ut laoreet dolore magna aliquam erat volutpat. Ut wisi enim ad minim veniam, quis nostrud exerci tation ullamcorper suscipit lobortis nisl ut aliquip ex ea commodo consequat. Duis autem vel eum iriure dolor in Lorem ipsum dolor sit amet, consectetuer adipiscing elit, sed diam nonummy nibh euismod tincidunt ut laoreet dolore magna aliquam erat volutpat. Ut wisi enim ad minim veniam, quis nostrud exerci tation ullamcorper suscipit lobortis nisl ut aliquip ex ea commodo consequat. Duis autem vel eum iriure dolor in Lorem ipsum dolor sit amet, consectetuer adipiscing elit, sed diam nonummy nibh euismod tincidunt ut laoreet dolore magna aliquam erat volutpat. Ut wisi enim ad minim veniam, quis nostrud exerci tation ullamcorper suscipit lobortis nisl ut aliquip ex ea commodo consequat. Duis autem vel eum iriure dolor in Lorem ipsum dolor sit amet, consectetuer adipiscing elit, sed diam nonummy nibh euismod tincidunt ut laoreet dolore magna aliquam erat volutpat. Ut wisi enim ad minim veniam, quis nostrud exerci tation ullamcorper suscipit lobortis nisl ut aliquip ex ea commodo consequat. Duis autem vel eum iriure dolor in idunt ut laoreet dolore magna aliquam erat volutpat. Ut wisi enim ad minim veniam, quis nostrud exerci tation ullamcorper suscipit lobortis nisl ut aliquip ex ea commodo consequat.

Skip to content