L-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni

Persuni eliġibbli għandhom dritt jissottomettu talba tal-Libertà tal-Informazzjoni (FOI) lill-Awtoritajiet Pubbliċi, inkluż dawk li huma mniżżla taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni (Verżjoni bl-Ingliż)
Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni (Verżjoni bil-Malti)​

TALBIET/ILMENTI

Persuni eliġibbli

Biex tkun eliġibbli tissottometti talba tal-FOI, persuna trid tkun residenti f’Malta u li ilha hekk residenti f’Malta għal perjodu ta’ mhux anqas minn ħames snin. Trid tkun ukoll ċittadina Maltija jew ta’ stat ieħor membru tal-Unjoni Ewropea, jew ċittadina ta’ kull stat ieħor li ċ-ċittadini tiegħu għandhom dritt, bis-saħħa ta’ trattat bejn dak l-istat u l-Unjoni Ewropea, li f’Malta jiġu trattati bl-istess mod bħal ċittadini ta’ stati membri tal-Unjoni Ewropea.

Talbiet tal-FOI u ilmenti għandhom jiġu sottomessi bil-miktub, u jistgħu jintbagħtu bl-imejl lil [email protected] jew billi jintuża l-portal tal-FOI https://foi.gov.mt/ kemm bl-e-ID jew permezz tal-formola onlajn.

Informazzjoni li għandha tingħata

Meta jissottomettu talba tal-FOI, applikanti huma meħtieġa, apparti li jipprovdu d-dettalji ta’ kuntatt, jagħtu indikazzjoni ta’ x’dokument / informazzjoni jeħtieġu. Għandhom jindikaw ukoll b’liema format jixtiequ li jirċievu d-dokument / informazzjoni, jiġifieri jekk hux kopja pprintjata, kopja elettronika, sommarju / silta tal-kontenut jew billi l-applikant jagħmel spezzjoni tad-dokument / informazzjoni in kwistjoni. Kopji tal-Karta tal-Identità jew tal-passaport u/jew dokumentazzjoni oħra, jistgħu jiġu mitluba mill-Awtorità Pubblika skont il-bżonn, f’każijiet ta’ talbiet relatati speċifikament ma’ individwi, assi/interessi/dritt tal-aċċess tal-individwi.

Tipi ta’ talbiet

Wieħed jista’ jitlob għal artiklu miżmum minn Awtorità Pubblika u li fuqu kienet irreġistrata informazzjoni fi kwalunkwe forma, inklużi data elettronika, immaġni, mudelli skont skala u rappreżentazzjonijiet viżwali oħrajn, u reġistrazzjonijiet awdjo jew vidjow, irrispettivament jekk l-informazzjoni tistax tinqara, tidher, tinstama’ jew tinġieb lura bl-għajnuna ta’ xi oġġett jew apparat ieħor jew mingħajr din l-għajnuna. Wieħed jista’ jitlob anke għal dokumentazzjoni li fiha politiki, prinċipji, regoli jew linji gwida skont id-deċiżjonijiet jew rakkomandazzjonijiet meħuda skont il-membri tal-pubbliku (inklużi korpi korporattivi u impjegati tal-awtorità pubblika fil-kapaċità personali tagħhom). Barra minn hekk, persuni eliġibbli għadhom id-dritt li jitolbu informazzjoni (bil-miktub) fuq deċiżjoni jew rakkomandazzjoni meħuda fir-rigward tagħhom jew fir-rigward tal-korpi korporattivi li jkunu qed jirrappreżentaw.

Riċevuti

Talbiet tal-FOI se tintbagħtilhom riċevuta mingħand l-Awtoritajiet Pubbliċi. Ir-riċevuta se tinkludi numru ta’ referenza uniku u indikazzjoni tad-data meta se tingħata tweġiba. Ir-riċevuti se jinkludu wkoll informazzjoni speċifika relatata mal-Awtorità Pubblika, bħal indirizz, numru tat-telefon, indirizzi elettroniċi, ħinijiet tal-ftuħ u dettalji tal-proċedura interna tal-ilmenti.

Kontrolli li għandhom jitwettqu mill-Awtorità Pubblika

Meta l-Awtorità Pubblika tirċievi l-formola tal-applikazzjoni, hija tivverifika jekk it-talba tikkwalifikax bħala talba tal-FOI u tinforma lill-applikant f’każ li ma tikkwalifikax. Jekk jirriżulta li aktar informazzjoni / dokumentazzjoni huma meħtieġa, l-Awtorità Pubblika li lilhom tkun saret it-talba se jikkuntattjaw lill-applikant u se jagħtu kull assistenza meħtieġa biex it-talba tikkonforma mad-disposizzjonijiet tal-Att. Minkejja dan, meta tintbagħat talba tal-FOI, l-applikanti mhumiex meħtieġa jagħtu ġustifikazzjonijiet għaliex għamlu talba għal dokumentazzjoni / informazzjoni partikolari.

L-Awtorità Pubblika se tivverifika jekk id-dokument / informazzjoni mitluba humiex miżmuma għandha. Jekk mhumiex għandha, l-Awtorià Pubblika se tipprova tidentifika l-entità kkonċernata li suppost irċeviet it-talba u se tittrasferixxiha lilha (waqt li tinforma lill-applikant). Jekk l-ebda entità alternattiva ma tiġi identifikata (jiġifieri li d-dokument / informazzjoni mhuma għand l-ebda Awtorità Pubblika) l-applikant se jiġi infurmat.

Ipproċessar tat-talba

Meta jiġi stabbilit li t-talba hija talba tal-FOI u din tkun tista’ tiġi indirizzata mill-Awtorità Pubblika; tittieħed id-deċiżjoni jekk id-dokument / informazzjoni jistgħux jingħataw lill-applikant (kollha jew parti minnhom) jew inkella tistax tiġi rrifjutata. Qabel ma tittieħed din id-deċiżjoni, l-Awtorità Pubblika se tikkunsidra jekk waħda mill-eżenzjonijiet elenkati fil-Att tal-FOI tapplikax. L-Awtorità Pubblika se tissottometti notifikazzjoni jekk it-talba ġietx milqugħa jew le, fi żmien 20 ġurnata tax-xogħol minn meta waslet għand l-Awtorità Pubblika. 20 ġurnata tax-xogħol oħra jistgħu jingħataw bħala estensjoni, li jġibu t-total ta’ massimu ta’ 40 ġurnata tax-xogħol mid-data ta’ meta waslet it-talba oriġinali għand l-Awtorità Pubblika.

Ħlasijiet

Meta tissottometti tweġiba lill-applikant, l-Awtorità Pubblika se tindika jekk il-ħlasijiet japplikawx. Jekk japplikaw, dawn il-ħlasijiet se jkopru l-ispejjeż relatati mal-ipproċessar għall-aċċess għad-dokument, jiġifieri sigħat ta’ pproċessar, spejjeż ta’ fotokopji / faxes u mezzi diġitali u spejjeż relatati ma’ spezzjonijiet. Minkejja dan, it-total ta’ ħlass applikabbli ma jistgħax jaqbeż l-€40. M’għandhomx jintalbu ħlasijiet addizzjonali biex wieħed jissottometti applikazzjoni jew ilment.

L-ammonti ta’ ħlas mitluba huma rregolati bl-Avviż Legali 158 of 2010​.

Azzjoni ta’ Rimedju

Jekk l-applikant ma jkunx sodisfatt bir-risposta li jingħata mingħand l-Awtorità Pubblika rigward it-talba tiegħu, jista’ jissottometti lment lill-istess Awtorità Pubblika. Jekk, sussegwentement, l-applikant jibqa’ mhux sodisfatt bit-tweġiba li jirċievi, jista’ jilmenta mal-Kummissarju tal-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data (IDPC). Jekk l-applikant jibqa’ mhux sodisfatt bid-deċiżjoni tal-Kummissarju jista’ jappella għand it-Tribunal tal-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data u, sussegwentement lill-Qorti tal-Appell. Ilmenti jistgħu jiġu sottomessi għal dawn ir-raġunijiet:

  • ​L-Awtorità Pubblika estendiet bi żmien ta’ massimu ta’ 20 ġurnata tax-xogħol
  • L-Awtorità Pubblika timponi ħlas meqjus eċċessiv
  • ​Il-format tad-dokument huwa differenti minn dak li ntalab fit-talba oriġinali
  • ​It-talba qed tiġi rriffjutata (e.ż. talba mhix meqjusa bħala talba tal-FOI)
  • L-Awtorita Pubblika mhix tirrispetta d-data sa meta għandha tingħata tweġiba, jiġifieri fi żmien 20 ġurnata tax-xogħol (jew, jekk applikabbli, id-data indikata fuq in-notifikazzjoni ta’ estensjoni).

Applikanti jistgħu jissottomettu ilment permezz tal-websajt tal-IDPC billi jidħlu hawn​.

Tirċievi dokumentazzjoni / informazzjoni

Kull meta Awtorità Pubblika tikkomunika deċiżjoni lill-applikant li aċċess tad-dokument / informazzjoni se jingħata, l-applikant (jekk applikabbli) se jkun ukoll mitlub biex iħallas. Fi żmien 10 ġranet tax-xogħol wara li jsir il-ħlas, l-Awtorità Pubblika se tipprovdi d-dokument / informazzjoni fl-istess format li l-applikant oriġinarjment talbu jew, jekk dan mhux possibbli, fil-format li l-Awtorità Pubblika tqies li hu xieraq. Applikanti li jissottomettu talbiet permezz tal-portal tal-FOI (https://foi.gov.mt/) jistgħu jingħataw il-possibbiltà li jniżżlu d-dokument / informazzjoni direttament minn fuq is-sit.

Jekk l-ebda ħlas mhu se jintalab, id-dokument / informazzjoni se jiġu mogħtija fi żmien 10 ġranet tax-xogħol minn meta toħroġ in-notifikazzjoni. It-talba se tkun ikkunsidrata abbandunata mingħand l-applikant jekk il-ħlas dovut ma jitħallasx fi żmien 20 ġurnata tax-xogħol minn meta toħroġ in-notifikazzjoni.

L-awtoritajiet pubbliċi li jagħmlu parti mill-Ministeru għall-Ekonomija, Fondi Ewropej u Artijiet

–     Ministry for the Economy, Enterprise and Strategic Projects (MEEP)

                  (i) Permanent Secretariat

                        (a) Chief Information Office

                        (b) Strategy & Support Directorate

                        (c) Corporate Services Directorate

                        (d) Policy Development and Programme Implementation Directorate

                     (ii) Ministerial Secretariat

                     (iii) Other entities covered

                             (a) Central Business District Foundation

                             (b) IP Holding

                             (c) Kordin Grain Terminal

                             (d) Malta Government Investment Ltd

                             (e) Malta Investment Management Co. Ltd

                             (f) Malta Government Technology Investment Ltd

                             (g) Smart City (Malta) Ltd

                             (h) Start Up Malta Foundation

–    Dipartiment tal-Kummerċ

–     INDIS Malta Ltd

–     Malta Business Registry Agency (MBR)

–     L-Awtorità Maltija tal-Kommunikazzjoni

–     Il-Korporazzjoni tal-Port Ħieles

    L-Awtorità Maltija għal-Logħob

–     Il-Fondazzjoni għal-Logħob Responsabbli

–     L-eSkills Malta Foundation

–     Gaming Malta Foundation

     Tech.MT

–     Malta Crafts Foundation

–     L-Awtorità Maltija għall-Innovazzjoni Diġitali

–   Malta Strategic Partnership Projects Ltd

–   Malta Enterprise

–  Family Business Office

–  Projects Plus Ltd

(Żiedu jekk hemm awtoritajiet li jaqgħu taħt is-Segretarju Parlamentari)

Informazzjoni skont Artiklu 17 tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni tista` ssibha billi tidħol fuq il-links t’hawn fuq jew billi tikkuntattja:

Ministeru għall-Ekonomija, Fondi Ewropej u Artijiet (MEFL)
Millennia Building, Level 1,
Aldo Moro Road
Marsa MRS9065
Tel. 22209801

FacebookTwitter