minister photo

Silvio Schembru huwa politiku u akkademiku Malti, li fil-preżent huwa l-Ministeru għall-Ekonomija, Intrapriża u Proġetti Strateġiċi.

Qabel dan ir-rwol l-Onorevoli Schembri kien Ministru responsabbli mill-Ekonomija u l-Industrija u serva wkoll bħala Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.

L-Onorevoli Schembri kiseb Master’s degree fl-Ekonomija ftit wara li gradwa b’Baċellerat bl-Unuri fl-Ekonomija mill-Università ta’ Malta. Huwa beda l-karriera tiegħu f’wieħed mill-banek kummerċjali privati u wara ngħata r-rwol ta’ Ekonomista Supervisor fil-Bank Ċentrali ta’ Malta.

L-Onorevoli Schembri serva wkoll bħala chairperson tal-Fondazzjoni għal-Logħob Responsabbli fuq bażi volontarja, fondazzjoni mwaqqfa bil-għan li tgħin, teduka u tipprevjeni mill-problemi relatati ma logħob eċċessiv.

Bħala Membru Parlamentari, il-Ministru Schembri kien ukoll ic-chairperson tal-Kumitat Parlamentari għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji u ħadem ukoll bħala Advisor għall-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi ta’ dak iż-żmien.

L-Onorevoli Schembri kien ukoll wieħed mill-membri fundatturi u general manager tal-fondazzjoni Gal Xlokk.

Fir-rwol tiegħu ta’ Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni, l-Onorevoli Schembri kien wara l-ewwel strateġija ta’ Malta dwar l-Intelliġenza Artifiċjali kif ukoll it-tnedija tal-Programm ta’ Ċertifikazzjoni tal-Intelliġenza Artifiċjali.

Fir-rwol ta’ Ministru għall-Ekonomija, Intrapriża u Proġetti Strateġiċi qiegħed ikompli jaħdem biex is-setturi tal-Esports u Video Game Development fost oħrajn ikomplu jikbru. Huwa kellu wkoll rwol prinċipali biex Malta jkollha l-ewwel ġurisdizzjoni biex tistabilixxi qafas regolatorju għas-servizzi relatati mal-blockchain.

Matul il-pandemija, l-Onorevoli Schembri kellu rwol prinċipali fil-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika mill-Covid19, li kienet tkompri numru ta’ pakketti ta’ għajnuniet finanzjarji, kemm għall-individwi kif ukoll għan-negozji.

ekonomija
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.