Scroll to top

Il-programm ta’ politika tad-Deċennju Diġitali huwa inizzjattiva importanti li ġiet imnedija mill-Kummissjoni Ewropea bħala mekkaniżmu ta’ monitorizzazzjoni u koperazzjoni biex jintlaħu l-miri komuni għat-trasformazzjoni Diġitali sal-2030.

Il-programm jissettja miri għall-2030 fuq erba’ punti kardinali: ħiliet diġitali, infrastruttura diġitali, diġitalizzazzjoni tal-intrapriżi u gvern diġitali. L-istrateġija diġitali Maltija – Malta Diġitali 2022-27 – hija marbuta mill-viċin ma’ dan il-qafas.

Il-programm jindika li kull stat membru għandu jfassal il-pjan strateġiku tiegħu biex jilħaq il-miri tad-Deċennju Diġitali. Dawn il-pjanijiet strateġiċi fihom ukoll it-trajjettorji nazzjonali pproġettati, kif ukoll l-impatt mistenni minn kull miżura u azzjoni tal-pjan. Il-Pjan Direzzjonali Malti tad-Deċennju Diġitali ġie żviluppat wara konsultazzjoni wiesgħa mal-imsieħba soċjali, entitajiet u għaqdiet mhux governattivi, u rċieva l-approvazzjoni tal-Kabinett qabel ma’ ġie sottomess lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni. Id-dokument ġie approvat mil-Kummissjoni u

Id-dokument ġie approvat mill-Kummissjoni u rċieva l-approvazzjoni għall-pubblikazzjoni.

Agħfas hawn biex tniżżel id-dokument – il-Pjan Direzzjonali Malti tad-Diċennju Diġitali – ir-reviżjoni tal-2026, li fih 24 miżura ġdida biex jgħinu lil Malta tilħaq il-miri tad-Deċennju Diġitali u trawwem ekonomija reżiljenti u mmexxija mill-innovazzjoni.

ekonomija
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.